Millat al-Islam

Chapter 81 · 29 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah At-Takwir in Maltese

Arabic with tafsir Listen to Surah At-Takwir (1302 reciters)

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

إِذَا ٱلشَّمۡسُ كُوِّرَتۡ ١Metax-xemx tintewa (ts ma ddawwalx aktar) وَإِذَا ٱلنُّجُومُ ٱنكَدَرَتۡ ٢meta l-kwiekeb jiddallmu u jaqgħu وَإِذَا ٱلۡجِبَالُ سُيِّرَتۡ ٣umeta l-iġbla jitneħħew وَإِذَا ٱلۡعِشَارُ عُطِّلَتۡ ٤umeta l-ġemliet b'għaxar xhur tqala jitħallew mitluqin وَإِذَا ٱلۡوُحُوشُ حُشِرَتۡ ٥umeta l-bhejjem salvaġġi jinġabru وَإِذَا ٱلۡبِحَارُ سُجِّرَتۡ ٦umeta l-ibħra jsiru ħuġġieġa وَإِذَا ٱلنُّفُوسُ زُوِّجَتۡ ٧u meta l-erwieħ jitlaqqgħu ma' dawk li huma bħalhom (it- tajbin mat-tajbin, u l-ħżiena mal-ħżiena) وَإِذَا ٱلۡمَوۡءُۥدَةُ سُئِلَتۡ ٨u meta t-tifla midfuna hajja tkun mistoqsija بِأَيِّ ذَنۢبٍ قُتِلَتۡ ٩għal liema dnub inqatlet وَإِذَا ٱلصُّحُفُ نُشِرَتۡ ١٠u meta l-paġni (bl-għemejjel ta' kulħadd) jinfetħu وَإِذَا ٱلسَّمَآءُ كُشِطَتۡ ١١u meta s-sema jinqala' (mrinzi posti) وَإِذَا ٱلۡجَحِيمُ سُعِّرَتۡ ١٢u meta n-Nar iħeġġeġ jitkebbes aktar وَإِذَا ٱلۡجَنَّةُ أُزۡلِفَتۡ ١٣umeta l-Ġenna titqarreb (/ejn it-tajbin) عَلِمَتۡ نَفۡسٌ مَّآ أَحۡضَرَتۡ ١٤(dakinhar kull) ruħ tagħraf dak (it-tajjeb jew il-ħażin) li ħejjiet فَلَآ أُقۡسِمُ بِٱلۡخُنَّسِ ١٥Tabilħaqq naħlef fuq il-kwiekeb li jidhru billejl (i' jinfibew binhar) ٱلۡجَوَارِ ٱلۡكُنَّسِ ١٦il-ġerrejja li (wara l-ġiri tagħhom fis-sema) jinħbew وَٱلَّيۡلِ إِذَا عَسۡعَسَ ١٧u (naħlef) fuq il-lejl meta jersaq وَٱلصُّبۡحِ إِذَا تَنَفَّسَ ١٨ufuq is-sebħ meta jdawwal إِنَّهُۥ لَقَوۡلُ رَسُولٍ كَرِيمٍ ١٩li (il-Qoran) tabilħaqq huwa kliem ta' Mibgħut ta' ġieħ (l- anġlu Gabrijel li wassal ir-Rivelazzjoni) ذِي قُوَّةٍ عِندَ ذِي ٱلۡعَرۡشِ مَكِينٍ ٢٠(anġlu) mogħni b'qawwa, imqiegħed fis-sod għand Dak tat- Tron (Alla) مُّطَاعٍ ثَمَّ أَمِينٍ ٢١lihuwa obdut hemmhekk (fis-smewwiet, mill-anġli), u fidil وَمَا صَاحِبُكُم بِمَجۡنُونٍ ٢٢Seħibkom (Muħammad, ja nies Qurajx) ma huwiex miġnun وَلَقَدۡ رَءَاهُ بِٱلۡأُفُقِ ٱلۡمُبِينِ ٢٣u (Muħammad) tassew rah (lill-anġlu Gabrijel) fix-xefaq ċar وَمَا هُوَ عَلَى ٱلۡغَيۡبِ بِضَنِينٍ ٢٤Ma huwiex xhiħ fil-mistur (u jkabbar kulma jitniżżel. lilu mis-sema) وَمَا هُوَ بِقَوۡلِ شَيۡطَٰنٍ رَّجِيمٍ ٢٥u (dan il-Qoran) ma huwiex kliem xitan misħut فَأَيۡنَ تَذۡهَبُونَ ٢٦Mela fejn sejrin (bi ħsiebkom u kliemkom) إِنۡ هُوَ إِلَّا ذِكۡرٌ لِّلۡعَٰلَمِينَ ٢٧Dan mahuwiex għajr tifkira ( 4 fwissija) lill-ħolqien لِمَن شَآءَ مِنكُمۡ أَن يَسۡتَقِيمَ ٢٨għal min minnkom irid jimxi dritt وَمَا تَشَآءُونَ إِلَّآ أَن يَشَآءَ ٱللَّهُ رَبُّ ٱلۡعَٰلَمِينَ ٢٩Umatridux. ħlief jekk irid Alla Sid il-ħolqien

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.